Lucas Dylan Haristov Labaquere, Franċiż ta’ 21 sena u li joqgħod Ta’ Xbiex wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih wara li mexa fuq tliet karozzi u kkawża b’€1,720 f’danni.
Huwa ġiet mitlub iħallas għad-danni fi żmien tlett ijiem iżda l-akkużat qal li minħabba li mill-ATM jista’ jiġbed biss €500 kuljum ma jistax jonora l-ordni mill-Qorti u għalhekk din tagħtu ċans erbat ijiem.
Sadattant il-kawża ġiet diferita, bid-Difiża talbet il-ħelsien mill-arrest anke sabiex il-klijent tagħha jkun jista’ jagħmel il-pagamenti neċessarji u l-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx.