Argument bejn żewġt irġiel fi stabbiliment f’Ħal Qormi ħalla raġel midrub bi ġrieħi gravi. L-argument seħħ fi Triq il-Wied għall-ħabta tat-20:15 ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija ġiet imsejħa fuq il-post u sabet raġel ta’ 38 sena mill-Pietà bid-dmija filwaqt li l-allegat aggressur li għandu 41 sena minn Ħal Qormi telaq minn fuq il-post fejn seħħ l-argument iżda dan instab iktar tard matul il-lejl mill-Pulizija.
Jidher li l-allegat aggressur imbotta lill-vittma bil-konsegwenza li baqa’ fil-ħġieġ tal-istabbiliment.
Aktar tard, instab li l-allegat vittma kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.