Il-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel appellat lill-President Russu Vladimir Putin biex jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni omosesswali f’Chechnya.
Attivisti qalu li l-pulizija qed tarresta u tittortura persuna u dan biex titrażżan il-komunità gay.
Angela Merkel tkellmet dwar dan waqt laqgħa mal-President Russu; laqgħa li ilha ma’ ssir mill-elfejn u ħmistax.
Laqgħa li saret fiż-żmien meta r-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi kienet għaddejja minn perjodu ħażin u dan minħabba l-gwerra fis-Sirja u mindu r-Russja ħadet il-Crimea mingħand l-Ukrajna.