F’Kastilja ltaqgħu l-Prim Ministru u ċ-Champion tal-isparar, William Chetcuti. Dan ftit tal-jiem wara li Chetcuti reġa’ rebaħ Tazza tad-Dinja, din id-darba f’Baku l-Azerbaijan.
Il-Prim Ministru awgura lil Chetcuti hekk kif x’ħin il-Prim Ministru daħal fis-sala tal-ambaxxaturi lil Chetcuti qallu: “Prosit, għamiltha. Dan huwa ‘comeback’ qawwi minn naħa tiegħek.”
William Chetcuti rringrazzja l-gvern tal-appoġġ li dejjem tah u qal li issa ħarstu hija fuq l-Olimpjadi f’Rio.