Salasy u Ishmael. Żewġ persuni li l-ħbiberija tagħhom bdiet minn pompa tal-petrol u li llum il-ġurnata din il-ħbiberija wasslithom għal ħidma flimkien fil-karriera tal-mużika.Kien jum bħall-oħrajn meta Ishamel, ġuvni Malti, kien imur jagħti l-fjuwil lill-karozza tiegħu kif jagħmel kulħadd b’Salasy, ġuvni mill-Ghana, kien il-persuna li dejjem kien jaqdih. Kelma ġġib lill-oħra, Salasy u Ishmael spiċċaw jitkellmu fuq il-mużika, bit-tnejn li huma spiċċaw intebħu li t-tnejn li huma, huma kantanti.
Kien minn hemm li din il-ħbiberija nibtet l-idea li ż-żewġ kantanti jaħdmu flimkien fejn minn hemm ħarġu kanzunetta bl-isem “Stay With Me”. Kanzunetta li titkellem fuq l-imħabba bejn koppja.