Illum il-Parlament jitlaqqa’ b’mod differenti hekk kif ingħatat bidu l-attivita’ annwali tal-Parlament taż-żgħażagħ, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Żgħażagħ bejn 13 u 18-il sena bħalissa qegħdin jiddiskutu t-temi tal-kultura u innovazzjoni f’Malta, it-ibdil fil-klima u ż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li żgħażagħ oħra bejn 18 u 35 sena se jiddiskutu t-temi tad-diċentralizzazzjoni u devoluzzjoni tal-poter f’Għawdex, l-
immigrazzjoni u protezzjoni umanitarja, u s-Saħħa sesswali u riproduttiva f’Malta.
Il-parteċipanti ikollhom l-opportunità jiriċerkaw, jaħdmu fi grupp, jiktbu proposti u reżoluzzjoni, jiddiskuti u jiddibati f’seduta fil-Parlament ta’ Malta.