Waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ġustizja u l-Intern fil-Lussemburgu, l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li għall-ewwel darba Malta ssodisfat l-impenn tagħha dwar ir-risistemazzjoni.
Il-Ministru Farrugia qal li Malta talloka importanza kbira għall-imigrazzjoni. Huwa żdied jgħid li l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra hija fundamentali. Ir-risistemazzjoni hija waħda mil-element ta’ qafas komprensiv tal-imigrazzjoni u tista’ tkun ikkonsidrata bħala l-iktar element importanti biex tibbilanċja l-miżuri li jiprevjenu influssi irregolari.
L-aġenda tal-Kunsill iffokat fuq il-ġustizzja kriminali fis-cyberspace, ir-reviżjoni intermedja tal-linji gwida strateġiċi tal-JHA, l-emendi proposti għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta ‘Schengen, kontra t-terroriżmu, riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, r-risistemazzjoni u migrazzjoni. Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Interni kienet ippreseduta mill-Ministru Estonjan għall-Intern Andres Anvelt.
Matul taħdidiet dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-linji gwida strateġiċi tal-JHA tal-2014, il-Ministru Farrugia nnota li dawn il-linji gwida enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi u biex tingħata sigurtà lill-fruntieri tal-UE. Il-Ministru tenna li r-riforma dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil saret neċessarja u minkejja li qed isir progress fuq il-proposti kollha, għad fadal ħafna aktar xogħol dwar is-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbiltà.
Fid-diskussjonijiet fuq is-Schengen, il-Ministru qal li l-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-Kodiċi għandha toħloq bilanċ bejn is-sigurtà li trid toħloq l-Unjoni Ewropea u s-salvagwardjar taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntiera.