Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet il-miżuri li tħabbru mill-Prim Ministru Robert Abela bil-għan li jiġu mitigati l-effetti negattivi li qed iħalli l-Coronavirus fuq in-negozji speċjalment dawk tal-ospitalità, t-turiżmu, manifattura u t-trasport.
Fi stqarrija, l-Kamra tal-Kummerċ qalet li dawn il-miżuri huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-Kamra tal-Kummerċ esprimiet nuqqas ta’ qbil dwar lockdown immedjat u qablet mal-pożizzjoni tal-Gvern li d-deċiżjoni dwar lockdown għandha tittieħed biss mill-awtoritajiet kompetenti. Qalet li l-lockdown ifisser konsegwenzi ekonomiċi katastrofiċi għan-negozju u għall-impjiegi.
Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet l-inizjattiva tal-Gvern sabiex jiġi pospost il-ħlas tal-kontijiet tat-taxxa dovuti f’Marzu u f’April għall-kumpaniji u dawk self employed.
Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret ukoll l-impenn tal-Gvern sabiex dwar inċentivi sabiex iħeġġeġ lill-kumpanji biex jirrikorru għat-teleworking.