L-Imsieħba Soċjali qed jilqgħu l-istrateġija mħabbra mill-Gvern l-Erbgħa li għadda bil-pjan għall-wara l-pandemija.
Id-dokument, li huwa l-frott ta’ ħidma kollettiva tal-Kabinett tal-Ministri u tal-Gvern jelenka fih diversi punti li ġew proposti mill-Imsieħba Soċjali stess.
Qalet, “Il-Kamra tal-Kummerċ hija kuntenta ħafna li tara li ħafna mir-rakomandazzjonijiet li ilna niddiskutu u pproponejna lill-Gvern ġew introdotti f’din l-Istrateġija.”
Diana Miceli hija responsabbli mill-iżvilupp tal-politika fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ kompliet, u spjegat t-tema tad-dokument hija xprunata wkoll minn document ieħor li kienet ippubblikat il-Kamra.
Spjegat, “It-tema tad-dokument li tiffoka fuq l-ekonomija li tissalvagwardja il-benessere tas-soċjetà din hija ħaġa oħra li kienet tema tagħna”
Il-General Workers Union ukoll faħħret il-punti fejn qed ikomplu jaraw li jitjiebu il-kwalità tal-ħajja, it-taħriġ tal-ħaddiema kif ukoll il-valur tax-xogħol.
Qal, “waħda mill-aktar temi li laqtuni hija dik tal-kwalità tal-ħajja, l-edukazzjoni u l-valur tax-xogħol.
Fuq l-istess tema tal-Edukazzjoni tkellem ukoll il-President tal-MUT Marco Bonnici fejn laqa’ wkoll id-diversi aspetti edukattivi li ġw imsemmija f’din l-istrateġija.
Qal, “Pero imbagħad ħarset ‘l quddiem. Per eżempju biex naraw dawk it-tfal l itilfu kis se jirkuprawh, kif se jiżviluppa l-qasam edukattiv u x’inhuma l-isfidi tal-lum u tal-futur u naħseb li overall naħseb li hija ħaġa li għandna nilqawha u għandna nkunu parteċipi fl-implimentazzjoni tagħha.”