Il-baruni tad-drogi Messikan, Joaquin “El Chapo” Guzman ilmenta fil-qorti dwar il-kundizzjonijiet ta’ kustodja fil-ħabs tal-Istati Uniti.
Guzman qed jinżamm taħt sigurtà massima fil-ħabs fi New York wara li x-xahar li għadda kien estradit. Huwa ħarab darbtejn mill-ħabs fil-Messiku, darba f’basket tal-ħwejjeġ u riċentament permezz ta’ mina fiċ-ċella tiegħu.
Fil-Qorti, huwa wieġeb li ma kienx ħati għat-tmexxija tal-akbar organizzazzjoni tat-traffikar tad-drogi fid-dinja għal karriera twila ta’ snin. Jekk jinsab ħati, huwa jaffaċċja ħajja fil-ħabs.