Seba’ pajjiżi Ewropej qablu sabiex ikun hemm koperazzjoni ikbar u jkunu jistgħu jinqasmu prassi fis-settur tal-Blockchain u DLT. Dan wara Summit li sar f’pajjiżna bejn il-Ministeri inkarigati mit-telekomunikazzjoni. Il-pajjiżi li attendew is-summit f’pajjiżna kienu Franza, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, Spanja u l-Portugall.
Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri saħaq kif dan l-ftehim jkompli jikkonsolida dak li kien intlaħaq permezz tad-dikjarazzjoni tal-blockchain f’Diċembru li għadda. Dan hekk kif filwaqt li dak iż-żmien pajjiżna wera l-pożizzjoni tiegħu f’dan is-settur illum issieħbu pajjiżi oħrajn Mediterranji sabiex jagħrfu l-importanza tas-settur teknoloġiku fl-Ewropa.
Is-Segretarju Palmentari Schembri sostna li“Il-pass li jmiss issa huwa li ġaladarba kkonvinċejna l-pajjiżi ewropej ukoll li dak li qed nagħmlu f’pajjiżna issa irid isir fuq livell ewropew irridu naraw li l-Ewropa tingħaqad ukoll u tibda timplimenta proċessi speċifiċi li jwasslu allura imbgħad għaċ-ċittadini tagħna.”

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri saħaq li l-quddiem il-mira hija li pajjiżi Ewropej ikunu jistgħu jidħlu fi swieq bi prodotti mis-settur teknoloġiku, blockchain u DLT.