Seba’ Prim Ministri tal-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqgħu f’ Madrid f’Summit ta’nofstanhar biex jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea fid-dawl ta’ Brexit u n-negozjati li għadhom iridu jsiru mar-Renju Unit.
Summit li ntemm bid-dikjarazzjoni konġunta tal-pajjiżi tal-Mediterran dwar Brexit u l-futur tal-Unjoni Ewropea, li l-mexxejja mistennija jippreżentaw lill-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar tax-xahar.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, bħala l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fetaħ id-diskussjonijiet, fuq talba tal-Prim Ministru Spanjol stess, bi preżentazzjoni komprensiva dwar is-sitwazzjoni li ġabet magħha Brexit. Muscat reġa’ tenna l-pożizzjoni kostanti tiegħu, li l-ewwel problema li għandha tissolva hija dik tal-protezzjoni taċ-ċittadini u li l-ftehim aħħari għandu jkun ġust u ekwilibrat.
Fis-summit kienu diskussa ukoll temi li jolqtu direttament lir-reġjun Mediterranju bħat-terroriżmu, l-immigrazzjoni, s-sigurta u l-ħolqien tax-xogħol fost oħrajn.
Din hija t-tielet darba li l-Prim Ministri ta’ Spanja, Franza, Ċipru, il-Greċja, l-Italja,il-Portugal u ta’ Malta qed jiltaqgħu għal rashom. Biż-żewġ laqat ta’ qabel saru f’ Ateni s-sena li għaddiet, u Lisbona f’ Jannar li għadda.