Fl-isfond tar-runway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta iltqajna ma’ Dejan Zerafa, Malti ta’ tnejn u għoxrin sena li ilu għal dawn l-aħħar sentejn itajjar l-ajruplani. Mhux tal-mudelli, iżda b’ passiġġieri madwar l-Ewropa u l-Afrika ta’ fuq.
Jekk qed tipprova taħdem kemm kellu żmien meta laħaq, mintix qed tagħmel żball, Dejan sar pilota ta’ dsatax-il sena- wieħed mill-iżgħar li qatt kien hawn f’pajjiżna.