Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor. Festa li ta kull sena tiġi ċċelebrata wara l-festa tal-Għid.
Din il-festa tmur lura għas-sena 1519 meta pajjiżna ħeles mill-marda tal-pesta. San Girgor jilħaq il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu fil-lokalità ta’ Marsaxlokk.
F’temp xemxi jkun hemm min jaqbeż qabża fil-baħar u jieħu l-ewwel għawma filwaqt li oħrajn forsi joħorġu jduru biex igawdu x-xemx.
Oħrajn jagħżlu li jqattgħu ġurnata ta’ rilassament iduru l-monti u jieħdu ikla tajba f’nofsinhar jew xi ġelat tajjeb.