Iż-żwieġ huwa mument speċjali għal ħafna koppji li jiddeċiedu li jissiġġillaw l-imħabba ta’ bejniethom permezz ta’ dan is-sagrament.
Għal Bjorn u Maria dan kien iktar minn speċjali hekk kif Bjorn ilu għal kważi u nofs jiġġieled mal-ALS, u minkejja li sa ftit tal-jiem ilhu kien qed jiddiskuti tmiem ħajtu mat-tabib huwa flimkien ma’ dik li issa hi martu baqgħu determinati li jkomplu fit-triq li bdew u jiżżewġu.
Iżda minkejja dan, numru ta’ nies fuq is-sit soċjali facebook kitbu kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ din il-koppja.
Fuq il-paġna tiegħu Bjorn, xorta waħda kien pożittiv u kiteb li dawn il-kummenti iżjed jagħtuh il-kuraġġ biex ikompli jaħdem favur aktar riċerka u għarfien tal-ALS.