Ma jista’ jiġihom xejn tajjeb qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza. Il-preżentatriċi tar-radju Manila Bottone dalgħodu kienet is-suġġett ta’ ħafna kritika, meta live fuq Radio 101 kien hemm Beppe Fenech Adami. Ma kinitx kritika indirizzata lejn il-preżentatriċi, iżda lejn il-partit li donnu kisirha minn magħha.
Jidher li ġrat xi ħaġa ħażina ħafna bejnha u bejn il-partit, tant li filli kienet qed tgħid lin-nies biex jiltaqgħu magħha fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-21 ta’ Settembru, u filli ddikjarat li m’għadhiex taħdem mal-media.link, u li saret ‘Former DJ’.
Sal-ġimgħa li għaddiet, Bottone kienet qed tippreżenta maratona ġbir ta’ fondi.
Dalgħodu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista spiċċa ibbumbardjat bi kritika, minflok wassal il-messaġġ u ħeġġeġ lin-nies jattendu l-attivitajiet li kull ma jmur aktar qed jidhru sfortunati.
Din il-ġimgħa, l-ewwel attivitajiet għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza ħadu l-forma ta’ corner meetings, li għalihom kważi m’attenda ħadd.
U fid-dawl li t-tema tal-festi din is-sena hija ‘Nirnexxu Lkoll Flimkien’, ġietu tassew ħażina lil Simon Busuttil, li kellu jsejjaħ grupp parlamentari b’ urġenza u jitlob lil membri jekk għadx għandhom fiducja fih. Kellu wkoll jgħidilhom li dawk li mhux lesti jisfidawh f’ dan il-perjodu għandhom jibqgħu b’ ħalqhom magħluq sal-elezzjoni ġenerali.