Il-Kap Eżekuttiv tal-British Airways, Willie Walsh, qed jgħid li l-kumpanija qed tikkunsidra azzjoni legali kontra l-pjanijiet tal-gvern Ingliż.
Walsh qal li se jieħu din l-azzjoni jiem wara li l-Gvern ħabbar kwarantina ta’ 14-il jum għal kull passiġġier li jidħol fl-Ingilterra bl-ajru. Din il-miżura hija ostaklu ieħor għas-settur tal-avjazzjoni, li diġà huwa affettwat bil-kbir minħabba l-pandmeija tal-COVID-19.
Walsh għandu l-appoġġ tar-rivali tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair Michael O’Leary. O’Leary qabel li din il-miżura ma tagħmilx sens u li hija miżura inutli.