L-organizzazzjoni xellugija Żminijietna kkritikat il-pożizzjoni li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista kontra l-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali propost mill-Gvern f’żona li tinsab fil-periferija tar-Rabat Għawdex, magħrufa bħala Taċ-Ċawla.
Fi stqarrija, Żminijietna laqgħet b’sodisfazzjon ir-riġenerazzjoni taż-żona Taċ-Ċawla, bl-immodernizzar tal-ispazju pubbliku u żieda fl-akkomodazzjoni soċjali.
“Dawn it-tipi ta’ proġetti, flimkien ma’ miżuri soċjali u progressivi, huma essenzjalment importanti biex nikkonfrontaw l-inugwaljanza soċjali, il-problema ta’ persuni mingħajr saqaf fuq rashom, l-affordabbiltà fl-akkomodazzjoni, u t-tisħiħ tal-persuni fil-komunità,” qalet Żminijietna.
L-għaqda ħeġġet lill-Gvern biexikompli jaħdem fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.