Toni Bezzina messu jirreżenja jew jitneħħa minn kelliemi tal-PN għall-Agrikultura. Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika meta ikkummenta dwar ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-kaz Toni Bezzina.
“L-Onorevoli Toni Bezzina applika biex ma xi ikmamar eżistenti barra miż-żona ta’ żvilupp (PA7854/16) iżid binja b’mod li joħloq villa ODZ. Dan jitfa’ dubju kbir fuq kemm Toni Bezzina, wieħed mill-awturi
tad-dokument ambjentali li PN ippubblika riċentment jemmen dak li kiteb f’dan id-dokument.”
“Huwa dan l-iżball politiku li l-Kap tal-Oppożizzjoni naqas li jindirizza meta qal li fil-fehma tiegħu Bezzina ma għamel xejn ħażin.”“Dan il-fatt”, ikkonkluda Cacopardo, “iwassal lil Alternattiva Demokratika biex tistaqsi dwar kemm għandhom valur id-dikjarazzjoijiet politiċi tal-Partit Nazzjonalista jekk min jiktibhom ma jaħsibhiex darbtejn biex jinjorhom qabel ma tkun biss nixfet l-inka.”