Il-Membri Ewro Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista kkonfermaw l-eluf li jirċievu biex joperaw uffiċju fil-kostitwenza hawn Malta.
Permezz ta’ dokument li bgħatu b’email, taw rendikont ta’ kemm jonfqu minn fondi Ewropej. F’ebda punt ma jikkonfermaw li dawn il-fondi ma jintefqux fid-Dar Ċentrali. Ma jistgħux jagħmlu hekk, għax hemm telefonati li jikfuhom.
Minkejja l-konferma ta’ dawn l-eluf li qed imorru fid-Dar Ċentrali, il-PN jibqa jinsisti li ma jmurx għand l-OLAF u jistiednu jikkonferma li dak li qed jagħmlu mhux frodulenti.
Transparency International infisha qalet li għandu jittieħed dan il-pass.