Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ikkonferma dalgħodu li se jkun qiegħed jerġa’ juża l-Heavy Fuel Oil. Dan meta qal li se jreġġa’ l-arloġġ lura għal qabel bdiet tintuża il-power station tal-gass u juża l-BWSC biex kemm jista’ jkun malajr jitfa’ t-tanker tal-LNG ‘il barra. Mistoqsi biex jagħti dettalji dwar il-politika tal-enerġija l-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li ladarba qabel kellna l-power station ‘il ġdida konna qed naħdmu nistgħu naħdmu hekk sakemm ikollna l-pipeline tal-gass.
Intant, kien ikkonfermat ukoll li bi gvern immexxi minn Simon Busuttil it-tariffi tal-enerġija se jikunu qed jilagħbu mal-prezz internazzjonali taż-żejt u għalhekk għalkemm qed jgħid li jraħħashom, fil-verità m’hemmx garanzija u m’hemmx stabbiltà. Fi żmien li pajjiżna kellu din it-tip ta’ politika l-prezzijiet tal-elettriku laħqu l-ogħla livelli.
“Il-prezz se jkun skont il-prezz taż-żejt,” sostniet Marlene Farrugia waħda miż-żewġ mexxejja tal-Partit Nazzjonalista.