Erbgħa u tletin kontestant ingħaqdu taħt saqaf wieħed biex fuq medda ta’ jumejn jikkompetu kontra xulxin fl-ewwel turnew tax-xorta tiegħu li qatt sar f’Malta bl-isem ta’, The Warhammer 40k Grand Tournament.
Ir-rebbieħ ta’ dan it-turnew se jkollu l-opportunità li jitla’ l-Amerka fl-ewwel Championship Dinji f’Atlanta fejn jieħu sehem ma’ bosta’ kompetituri minn madwar id-dinja.
Tkellimna ma’ David Caruana, li hu l-President tal-Malta Warhammer 40k Association, li spjegalna aktar dwar din il-logħba.
“Din hija logħba table top strategy game fejn ikollok il-mudelli li huma tiegħek u jkunu l-armata tiegħek kontra l-armata ta’ xi ħaddieħor. Minn hemm iġġib points biex b’hekk tirbaħ il-logħba, hija simili ħafna għal-logħba ta’ chess iżda ovvjament tikka iktar differenti.”
Warhammer hija tabletop, strategy wargame fejn żewġ plejers jew iktar jilagħbu kontra xulxin b’armati ta’ karattri differenti.
Ir-regoli tal-logħba, ippubblikati f’numru ta’ kotba, jiddeskrivu kif wieħed għandu jmexxi l-karattri fuq il-wiċċ tal-logħba u jiġġieled f’tip ta’ combat b’mod u manjiera li jkun ibbilanċjat u ġust.
David spjegalna dwar kif dan it-turnew huwa opportunità tad-deheb għal min hu dilettant.
“Din hija l-ewwel event li qatt kellna ta’ dan is-size li qed issir f’Malta u l-ewwel darba li għandna plejers li ġew minn barra minn Malta biex jilgħabu f’pajjiżna. Is-soltu nkunu aħna li nitilgħu f’pajjiżi oħra biex nilgħabu. Hopefully s-sena d-dieħla u ta’ wara jiġu aktar plejers minn barra minn Malta biex b’hekk jgħollilna aktar il-livell tagħna.”
Ir-rebbieħ se jkollu l-opportunità li jirrappreżenta lil Malta fl-Amerka, grazzi anki għal Gaming Malta.