Il-Pulizija arrestat ġuvni ta’ 22 sena f’Brabant, sigħat wara li ġie kkanċellat il-kunċert f’Rotterdam.
Ir-raġel ġie arrestat fis-2:00 ta’ filgħodu wara li ġie ssuspettat li kien l-persuna li hedded li se jwettaq l-attakk
Aktar Qabel: Vann li fih kien hemm ċilindri tal-gass instab viċin post fejn kellu jsir kunċert tal-mużika f’Rotterdam, sigħat wara li informazzjoni anonima mingħand il-pulizija Spanjola wasslet biex jitħassar kunċert tar-rock.
Is-Sindku Ahmed Aboutaleb qal lill-ġurnalisti li s-sewwieq tal-vann, li huwa rreġistrat fi Spanja, kien arrestat mill-pulizija.
Il-kunċert kellu jsir f’The Maassilo, u kien se jsiru mill-grupp Allah-Las, li jirċievi ħafna theddid minħabba ismu.
Iżda s-Sindku Aboutaleb qal li għadu mhux ċar jekk il-vann u t-theddida terroristika kienux relatati.