Pollakk ta’ 28 sena weħel 20 xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ €800.
Dan hekk kif Adrian Wieneck ittella’ l-qorti akkużat li kkawża ħsara lill-imgħallem tiegħu li tammonta għal aktar minn €2,500.
L-imputat li kien joqgħod fil-maħżen tal-istess kumpanija fejn kien jaħdem għal ftit aktar minn sena, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-akkużat stqarr fil-Qorti li minn Diċembru ‘l hawn, l-imgħallem tiegħu waqaf iħallsu u b’hekk ma setax isostni lilu nnifsu flimkien ma’ familtu li kien qed jibgħatilhom il-flus lura fil-Polonja.
L-ispettur Spiteri flimkien mal-avukat tal-għajnuna legali Fransina Abela qablu li għandha tingħata sentenza sospiża u b’hekk il-qorti tagħtu l-aktar sentenza minima possibbli.