Il-militar Iżraelita qalet li sparat missili lejn il-Lebanon, fejn skonthom, kien hemm persuni affiljati mal-grupp militant Hamas.
Dan wara li ġew sparati missili lejn l-Iżrael mil-Lebanon, liema attakk, skont l-Iżrael kien ġej minn Hamas.
Bħalissa, hemm tensjonijiet kbar fi ħdan l-Iżrael, hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Pulizija Iżraelita għamlet raid f’Moskea importanti għat-twemmin Iżlamiku, li ġabet ir-rabja ta’ bosta Palestinjani.
Uffiċjal għoli ta’ Hamas qal li l-Palestinjani mhux se jibqgħu siekta quddiem din l-aggressjoni.
Intant, Il-Forzi tad-Difiża Iżraelita qalu li mhux se jippermettu lil Hamas joperaw fil-Lebanon, u saħansitra żammu l-Lebanon risponsabbli għal kull attakk mit-teritorju tiegħu.
Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu wiegħed li r-rispons tal-Iżrael għall-attakki se jkun li l-għedewwa tal-istat iħallas prezz sinifikanti.