Jurgen u Violet kienu l-ewwel koppja li ġew żvelati bħala parteċipanti ta’ LIQUORISH X2 li se jibda mis-7 t’April fuq ONE. Iżda matul l-aħħar jiem, il-produtturi tal-programm komplew jiżvelaw aktar parteċipanti, aktar koppji li se jidħlu għall-avventura ta’ din is-sena.
U filwaqt li l-ewwel koppja li kienu ġew żvelati Jurgen u Violet huma eks-kollegi, Eric u Luca huma kollegi bħala uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili. Din il-koppja taffaċċja ta’ kuljum diversi sfidi fil-ħidma tagħha, iżda se jirnexxielhom jagħmlu l-isfida ta’ Liquorish ta’ din is-sena?

Ma’ Jurgen u Violet u ma’ Eric u Luca, jingħaqdu l-aħwa Wayne u Eleonor. Dawn l-aħwa se jirnexxielhom ikampaw fl-isfida u l-avventura ta’ Liquorish daqs kemm ikampaw flimkien fil-ħajja ta’ kuljum?

U minn l-Ex Kollegi, għal kollegi, għall-aħwa…il-parteċipanti li tħabbru fl-aħħar ħin huma Għawdxin. Il-Koppja Għawdxija Raphael u Roseanne, se jirnexxielhom iġibu l-ispirtu Għawdxi f’din l-avventura?
Aktar parteċipanti, aktar koppji li se jagħmlu LIQUORISH X2 ta’ din is-sena, edizzjoni mill-aqwa, se jkomplu jitħabbru fil-jiem li ġejjien qabel it-Tnejn 7 t’April fid-8:45pm jirritorna LIQUORISH bil-21 sena, esklussivament fuq ONE
