Ċirkolari mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, Tony Sultana, ħabbret kif se jkunu mqassmin is-Segretarji Permanenti fil-Ministeri rispettivi wara t-tibdil fil-Kabinett li tħabbar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru s-Sibt li għadda.
Minbarra l-istess Tony Sultana, li hu bbażat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-għoxrin Segretarju Permanenti, li se jmexxu l-parti taċ-Ċivil skont il-Ministeri rispettivi, huma:
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
- Dr Joyce Cassar għall-People & Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru wkoll;
- Jonathan Vassallo fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u Protezzjoni tal-Konsumatur;
- Kevin Mahoney fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali;
- Christopher Cutajar fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ;
- Mark Musù fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal;
- Sharlo Camilleri fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali;
- Emanuel Psaila fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli;
- Ronald Mizzi fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi;
- Nancy Caruana fil-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju;
- John Borg fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar;
- Joyce Dimech fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza;
- Anthony Gatt fil-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika;
- Joseph F. Caruana fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir;
- Paul Zahra fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol;
- Matthew Vella fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni;
- Carlos Tabone fil-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali;
- Johan Galea fil-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riformi fis-Settur tal-Kostruzzjoni;
- Joseph Chetcuti u Christine Schembri fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva; u
- Godwin Mifsud fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.