Intgħażlu l-ewwel ġurati sabiex ikun jista’ jibda jinstema’ l-każ tal-eks uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin akkużat bil-qtil ta’ George Floyd f’Mejju tas-sena l-oħra.
B’kollox intgħażlu żewġt irġiel u mara waħda li ser jiffurmaw parti mill-grupp ta’ ġurija ta’ tnax-il membru.
Chauvin, li għandu 44 sena, qed jiġi akkużat bil-qtil involontarju ta’ Floyd.
Jekk Chauvin jinstab ħati jista’ jaffaċċja sa massimu ta’ 40 sena priġunerija.