Żewġ kunċerti tal-kantawtur Andrea Bocelli li kellhom jittellgħu lbieraħ f’Marbella u llum f’Cap Roig, kellhom jiġu kkanċellati. Dan minħabba li Bocelli jinsab ma jiflaħx, fejn għandu każ serju ta’ bronkite u taħt parir mediku kellhom jiġu kkanċellati dawn il-kunċerti sabiex jistrieħ tul dawn il-jiem.
Dan tħabbar permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook, fejn ġie sostnut li Bocelli jinsab iddispjaċut ferm.
Intqal ukoll kif l-organizzaturi qed jagħmlu minn kollox biex jirranġaw sabiex iż-żewġ kunċerti jsiru fil-futur qarib.
Bocelli mistenni li jtella’ kunċert flimkien mat-tenur Malti Joseph Callejja s-Sibt li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana.