Kawża tal-maltemp u r-riħ qawwi li laqat l-inħawi tal-gżejjer Maltin, il-kumpanija Virtu Ferries ħabbret li kkanċellat il-vjaġġi kollha organizzati lejn u minn Sqallija.
Ir-riħ qawwi mill-Majjistral laħħaq sa forza sitta u sebgħa.
Dan ix-xahar il-vapur tal-Virtu Ferries, Jean De La Valette, waqaf jaħdem għal xi jiem minħabba xi ħsarat.