L-awtorità tal-Ippjanar ħadet id-deċiżjoni li tikkanċella b’mod indefinit il-laqgħat tal-bord tagħha. Dan wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa u l-partijiet kollha involuti.
Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li hu jinsab f’kuntatt kontinwu maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità, mal-Kamra tal-Periti, mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, kif ukoll mal-Avukat Ġenerali bil-għan li tinstab soluzzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-liġi u s-saħħa pubblika.