Kollox kapaċi jagħmlu dawn it-tnejn! Jidher li mal-wassla tagħhom f’Dubbo, l-Awstralja, il-Prinċep Harry u Meghan Markle ġabu x-xita magħhom wara nixfa ta’ sentejn sħaħ f’ dawn l-inħawi tal-kontinent Awstraljan.
Jidher li ż-żjara f’Dubbo ma kinitx inkluża fil-mawra ta’ 16-il jum tal-koppja, iżda riedu jżuru lill-bdiewa f’dawn l-inħawi u jisimgħu minn xiex kellhom jgħaddu kawża tan-nixfa.
“Ilna ma naraw qatra xita għal sentejn sħaħ, ġew huma, u ġabuha magħhom!” qalu r-residenti hekk kif laqgħu lill-koppja Rjali f’Victoria Park.
“Temp hekk huwa rari daqs kemm hi żjara Rjali f’dan il-pajjiż!”.