Fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed jittellgħu numru ta’ persuni l-qorti b’rabta ma’ skart li qed jarmu barra. Il-multi li dawn il-persuni jistgħu jeħlu huma bejn €1,165 u €2,330.
Il-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ bħalissa għaddej b’eżerċizzju ta’ infurzar billi qed jitwaħħlu cameras CCTV ma numru ta’ bring in sites. L-informazzjoni li qed toħroġ minn dawn il-filmati,li qed jinġabru mill-GreenPak flimkien ma’ Garby & Tidy, qed tintbgħat lill-Pulizija għall-azzjoni.
Dawn il-cameras li huma sponsorjati mill-GreenPak, qed iħallu l-frott tagħhom hekk kif numru kbir ta’ persuni ġew identifikati u qed jittieħdu l-passi neċċessarji.