Passiġġier li kien tard għat-titjira mill-ajruport f’Dublin ġie arrestat mill-Pulizija wara li ħareġ fit-terminal tal-mitjar jiġri u jgħajjat wara ajruplan sabiex il-pilota jieqaf jistennih. Il-ka seħħ għall-ħabta tas-07:00 ta’ dalgħodu ħin lokali. Ftit qabel ma seħħ il-każ, ir-raġel kien fl-ajruport fejn intlemaħ iħabbat mal-ħġieġa tat-terminal u jitlob lill-ekwipaġġ tal-mitjar sabiex iżommu l-ajruplan.