Kuljum qed jiġri maratona ta’ ftit aktar minn 42 kilometru għal 30 jum.
Din hija l-isfida li qed jagħmel l-atleta Drew Lang biex jiġbor flus għall-Puttinu Cares.
Lang ilu snin twal jikkompeti fl-atletika f’Malta u din l-isfida bdiet wara li martu mardet bil-kanċer.
ONE News mar sal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, fejn hemmhekk iltqajna ma’ Lang wara li flimkien ma’ atleti oħra ġera 42 kilometru.
Dwar l-esperjenza ta’ martu tirċievi l-kimoterapija għaxar snin ilu, sostna li fil-fond ta’ qalbu ħass li jrid jagħmel xi ħaġa biex jgħin pazjenti, li bħal martu, kienu qed jieħdu t-terapija għall-kanċer.
Huwa qalilna: “I just thought, I want to do something and I thought of a 30 marathon challenge in 30 days, and in 2011 when I wanted to do it, didn’t happen.”
Lang saħaq illi minkejja li kellu l-idea li jagħmel din l-isfida, ħinu kien limitat, iżda, kien is-sena l-oħra li minħabba li l-pandemija ħarbtet in-normalità, huwa ħa x-xoqqa f’moxtha biex jibda jitħarreġ biex ikun jista’ jagħmel din l-isfida.
Huwa sostna: “At the peek of my training, I was running between a 180 – 200 km a week. It is about time and you have to get used to running the distance, you have to be patient and all went well. Obviously you have to love running.”
Intant, apparti l-appell lill-pubbliku sabiex jagħti d-donazzjoni lill-Puttinu Cares li jgħin diversi nies li jkunu għaddejjin minn trattament tal-kanċer, Lang qal ukoll li jixtieq li permezz ta’ din l-isfida jispira nies oħra biex jagħmlu l-eżerċizzju.
Lang tenna: “This challenge what I am doing, I am hoping that is going to inspire people to help and prioritize excercise. We are in a bad situation at the moment, but you can still get out there, you can still get an excercise, you do not need to stay at home and be scared to go out and excercise.”
Sa issa diġà nġabru kważi €2,000 hekk kif l-isfida tinsab f’nofsha.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni lill-Puttinu Cares jista’ jagħmel dan fuq il-paġna ta’ Facebook 30 Marathons in 30 Days – In aid of Puttinu Cares.