Ġie salvat ir-raġel li weġġa’ waqt li kien qed jesplora għar f’Wales.
Ir-raġel kien ilu jumejn maqbud, hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp għamlu l-operazzjoni ta’ salvataġġ aktar diffiċli.
Mal-250 persuna kienu involuti sabiex joħorġu lir-raġel mill-għar. Huma damu mal-53 siegħa biex ħarġuh fuq stretcher.
Kien raġel ieħor li kien miegħu li talab għall-għajnuna tal-pulizija.
Iż-żewġt irġiel kienu qed jesploraw it-tieni l-akbar għar f’Wales u wieħed mill-aktar fondi fir-Renju Unit meta seħħ l-inċident.