Għall-ewwel darba f’Malta, id-Direttorat tal-Kultura se jippreżenta l-Festival Malti tal-Ideat, b‘għadd t’attivitajiet favur il-familja mfasslin għall-etajiet u l-interessi kollha b’enfasi fuq l-impenn tal-komunità lejn soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi għal waħda mill-aktar sfidi urġenti ta’ żmienna, dik tat-tibdil fil-klima.
Il-festival bit-tema “Involvi, Dawwal u Ispira” se jkun maqsum fuq programm sħiħ ta’ 12-il avveniment fuq erbat ijiem, li bdew mill-Erbgħa.
Il-Festival Malti tal-Ideat jinvolvi taħditiet, preżentazzjonijiet, workshops, kunċerti, teatru u wirjiet taż-żfin. Akkademiċi distinti nazzjonali u internazzjonali, artisti viżivi u artistiċi, flimkien ma’ kelliema rinomati mad-dinja kollha, se jkollhom rwol ewlieni f’dawn l-avvenimenti.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit festivalofideas.mt.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/11/07102721/9CC6B18B-6AEF-4105-9165-0577409C1802-682x1024.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/11/07102725/557F92F9-A27F-495D-8BDC-B931620498C0-1024x682.jpeg)