Propju lbieraħ ġie mniedi l-aktar mudell riċenti tal-Iphone mill-kumpanija multinazzjonali Amerikana Apple.
Il-kap tal-Apple Tim Cook iddikjara l-iPhone X bħala “l-akbar qabża’ l quddiem mill-ewwel iPhone” fl-aħħar wirja ta’ tnedija li għalihom hija tant magħrufa l-kumpanija li tagħha huwa kap.
Huma diġa’ ħafna iżda dawk li qiegħdin jistaqsu jekk jaqblilhomx jagħmlu din il-qabża finanzjarment. Dan hekk kif id-disinn ġdid tal-iPhone jiswa xejn anqas minn 1,149 sterlina Ingliża.
Fost il-punti msemmija minn Cook f’din it-tnedija nsibu l-abilta’ tal-iPhone X li jirrikonoxxi l-uċuħ u wkoll li l-emojis, jew l-hekk msejjħa ‘wiċċini’, jkunu ppersonalizzati sabiex jixbħu lill-persuna li tkun qed tuża l-iPhone.
Ma waqfux ukoll l-kummenti ironiċi fuq il-midja soċjali :
– “iPhone X għandu r-rikonoxximent tal-wiċċ. Biex iħares lejn il-wiċċ tiegħek u jgħidlek li ma tistax taffordjah.” – Abhimanyu Singh (Facebook)
– “Għamlu t-8 kważi identiku għas-7 sabiex in-nies ikollhom jonfqu l-flus żejda għall-X. U jien ċert li se nixtri wieħed anki jekk naf x’għamlu”. – Patrick Michael (Facebook)