Ronnie Farrugia ta’ 64 sena minn Bormla ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tat-tfal u xerrdu ma’ terzi persuni.
L-akkużat wieġeb ħati, filwaqt li l-Maġistrat Monica Vella semmiet kif il-Pulizija investigawh wara tliet rapporti, li saru mas-Cybercrime Unit minn organizzazzjoni bbażata barra min xtutna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minbarra l-kundanna ta’ ħabs, il-Qorti ordnat li isem l-akkużat jitniżżel fuq ir-Reġistru tal-Pedofeli.