Gozo Motocross Association organizzat il-Finali tal-kampjonat 2020 bis-semifinali saret il-Ħadd 21 ta’ Ġunju filwaqt li l-Finali saret fit-28 ta Gunju.
Stennija kbira fuq is-sewwieq Steve Xuereb, hekk kif huwa rnexxielu jieħu l-punti massimi f’dan il-kampjonat jiġifieri total ta’ 480 punt. Xuereb ġie inkurunat Champion ta Klassi A kif ukoll Champion overall tal-kampjonat.
Kollox kien għadu inċert kemm f’klassi B u anke f’klassi C. Daniel Portelli kellu 4 punti vantaġġ fuq Robert Spiteri mis-semi final l-quddiem, b’Spiteri joħroġ rebbieħ b’13 il punt. Portelli huwa champion fi klassi B.
Fi klassi C, ir-rebbieħ tal-aktar sewwieq promettenti tal-2019, Isaac Bartolo, beda jitlef l-punti b’Sylvan Caruana jaħtaf l-opportunita’ u kellu l-ħila jegħleb lil Bartolo nhar il-Ħadd biex spiċċa champion fi klassi C.
Jurgen Attard, għalkemm għandu 28 sena, huwa prattikament ġdid għall-motocross f’Ghawdex. Huwa wkoll mexa l–quddiem b’ammont kbir ta punti fil-klassi tiegħu u għalhekk ġie nkurunat Champion fi klassi D.
Iċ-ċerimonja tal-għoti tat-trofej saret hekk kif spiċċaw it-tlielaq mis-sur Michael Vonbrockdorf f’isem Throttle & gear Co. Ltd flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li ppreżenta l-erba’ trofej lic-Champions.
Il-“Frank Bruno Motocross Award”, trofew uniku li sar għal din l-okkazjoni minn Steve Xuereb uli jingħata kull sena lil dak is-sewwieq li jkun wera dixxiplina, perseveranza u ubbidejnza matul l-istaġun, ingħata lil Anthony Fenech filwaqt lit- trofej “Most Promising Rider 2020” inghata liz-zaghzugh Mark Camilleri.