Stephen Nkenj, ta’ 25 sena mill-Kamerun, ġie estradit minn Malta lejn il-Ġermanja. Dan sabiex jitressaq quddiem il-Qrati tal-Ġermanja fuq diversi reati li wettaq fil-Ġermanja fl-2019 fosthom b’rabta ma’ serqa armata.
Kien fit-22 ta’ Jannar meta Nkenj tressaq il-Qorti fejn inħarġet ordni biex jiġi estradit lejn il-Ġermanja biex b’hekk jgħaddi proċeduri fuq l-akkużi li għalihom inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Galea filwaqt li l-operazzjoni tal-estradizzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robinson Mifsud.