Il-pjan ta’ rkupru tal-President Amerikan Joe Biden ta’ $1.9 triljun biex jgħin lill-Amerikani matul il-pandemija ta’ Covid ġie approvat fil-Kamra tad-Deputati.
Il-vot kien fuq linji partiġġjani b’tnejn mid-Demokratiċi ngħaqdu mar-Repubblikani.
L-abbozz issa jmiss li jgħaddi għas-Senat.
Dan il-pakkett finanzjarju mistenni jagħti spinta t-tilqim u l-ittestjar u jistabbilizza l-ekonomija.
Il-flus ser jiġu estiżi bħala għajnuna finanzjarja ta’ emerġenza lid-djar, lin-negozji ż-żgħar u lill-gvernijiet tal-istat.
Il-qgħad fl-Amerika bħalissa huwa qrib l-10%, b’madwar 10 miljun persuna li tilfu l-impjieg fiż-żmien tal-pandemija.
Il-vot jiġi fl-istess ġimgħa li l-Istati Uniti qabżu nofs miljun każ ta’ mwiet kawża tal-COVID-19 li hija l-akbar rata fid-dinja.