“Il-kelb huwa l-akbar ħabib tal-bniedem”.
Dan huwa muri b’mod ċar fix-xogħol tal-klieb tas-Service Dogs Foundation.
Buddy, Harley, u Faith huma tlett iklieb li illum uffiċjalment iggradwaw bħala ‘service dogs’ ġodda.
Mil-lum ‘il quddiem se jkunu qed iservu ta’ spalla għal tliet itfal bl-awtiżmu.
Roxelle, omm tifel bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, qaltilna li sabet għajnuna kbira minn naħa tas-Service Dogs Foundation, li huma inkarigati li jħarrġu l-klieb.
Issa tistenna li permezz tal-kelb tagħha, Buddy, il-ħajja tagħha u tal-familja se tkun waħda iktar faċli.
Minkejja li skont il-liġi, dawn il-klieb iridu jitħallew jidħlu kullimkien għajr għal sptarijiet u kliniċi, qaltilna li dan mhux dejjem iseħħ. Dan flimkien ma’ sfidi oħra, li tiltaqa magħhom il-familja.
Il-Fundatur tas-Service Dogs Foundation, Joseph Stafrace, qalilna li t-taħriġ mogħti lil kull kelb jiswa madwar ħmistax-il elf ewro, u li sa issa il-fondazzjoni rnexxielha tħarreġ ħames’t iklieb, filwaqt li sitta oħra qed jitħarrġu bħalissa.