Għaddeja tfittxija għal tmien persuni f’Napli, f’inħawi viċin il-fdalijiet ta’ Pompeii, wara li blokk ta’ ħames sulari iġġarraf il-Ġimgħa filgħodu.
Qed ikun irrappurtat li żewġ familji kienu jgħixu f’dan il-bini u li żewġt itfal huma fost dawk irrappurtati nieqsa.
Il-kawża ta’ din it-traġedja għadha mhix magħrufa- persuni li jgħixu viċin qalu li ma nstemgħet l-ebda splużjoni u l-unika attività kienet ferrovija li għaddiet minn mal-binarji viċin il-bini li setgħet ikkawżat tremur ħafif.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ se tibqa’ għaddeja fil-ħin li ġej sabiex jinstabu il-persuni nieqsa.