Żewġ persuni weġġgħu wara li ġġarraf ajruplan fil-baħar f’Bournemouth fl-Ingilterra, waqt festival tal-ajru fiż-żona. Rapporti s’issa kkonfermaw li l-ajruplan żgħir iġġarraf ftit ‘il barra mill-bajja, iżda jidher ukoll li ż-żewġ persuni weġġgħu ħafif.
It-titjiriet l-oħra skedati għall-festival tħassru b’mod temporanju iżda jidher li se jerġgħu jibdew għada. Il-Pulizija qalet li għaddejjin l-investigazzjonijiet dwar il-każ.