Ajruplan privat żgħir iġġarraf f’binja vojta f’Milan, bil-konsegwenza li t-tmien persuni abbord mietu kollha.
L-ajruplan kien għadu kif telaq mill-ajruport ta’ Linate f’Milan u kien sejjer lejn il-gżira ta’ Sardinja, meta ġġarraf ftit wara t-tluq tiegħu.
Xhieda spjegaw li semgħu ħoss kbir, meta f’daqqa waħda raw l-ajruplan dieħel f’binja ta’ uffiċini ta’ żewġ sulari qabel ma sploda u sar fjamma.
Wieħed mill-vittmi huwa tifel żgħir.
L-istazzjon televiżiv Taljan, Rai, irrapporta li l-passiġġieri kienu Franċiżi għalkemm dan għadu ma ġiex ikkonfermat mill-uffiċjali.