L-Erbgħa waranofsinhar ġġarraf ajruplan militari Ingliż tat-tip F35 fil-baħar Mediterran. L-ajruplan li telaq minn fuq l-aircraft carrier HMS Queen Elizabeth waqa’ wara li l-pilota kien kostrett joħroġ minn ġol-kabina waqt li kien qiegħed fl-ajru.
Filwaqt li l-pilota nstab u ttella’ lura fuq l-aircraft carrier, l-ajruplan li huwa stmat li jiswa mal-€100 miljun għadu ma nstabx u huwa mifhum li għereq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qawwa Navali Ingliża spjegat li l-ajruplan ma’ waqax kawża ta’ attakk jew manuvri ostili minn terzi.