Ajruplan li kien qed iġorr 9 persuni, viċin il-kapitali tat-Tajlandja, Bangkok, iġġarraf nhar il-Ħamis.
Dan l-inċident, fil-pront, xpruna operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ, hekk kif il-ħaddiema kellhom ifittxu qalb it-tajn u s-siġar, fis-satra tal-lejl.
Minkejja kull sforz, żewġ piloti Tajlandiżi, flimkien ma’ żewġ Tajlandiżi u ħames Ċiniżi, huma meqjusa mejta, hekk kif wara biss 10 minuti tat-titjira, l-Ajruplan tilef kull kuntatt.
Residenti li joqogħdu fil-viċinanzi, qalu li l-ajruplan waqa’, sploda, u għamel ħoss qawwi – tant li l-fdalijiet tiegħu saħansitra kkawżaw ħsarat fid-djar tal-viċinanzi.