Ritratt: BBC
Ħadd ma nqatel wara li ġġarraf ajruplan fil-kapitali tal-istat ta’ Durango fil-Messiku. Kien il-gvernatur José Aispuro li fuq Twitter qal li ma kien hemm l-ebda vittmi fost ul-101 persuna li kienu abbord l-ajruplan, minkejja li 85 kienu midruba, tnejn minnhom b’mod kritiku. L-ajruplan iġġarraf qrib l-ajruport, ftit mumenti biss wara t-tluq. Sa issa għadhom mhumiex magħrufa l-ismijiet u n-nazzjonalitajiet ta’ dawk li kienu abbord. Qieħed ikun irrapurtat li sa issa jidher li kienu l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li kkawżaw dan il-każ.