Sitt persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-baħar iġġarraf fi xmara fl-Awstralja mat-tletin mil ’il bogħod minn Sydney.
Il-każ seħħ fix-xmara Hawkesbury, fejn il-Pulizija sabet sitt iġsma bla ħajja. L-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, għalkemm rapporti mhux ikkonfermati qalu li l-vittmi huma tifel ta’ 11-il sena, il-bdot, u erba’ Ingliżi.
X’aktarx, l-ajruplan kien tal-kumpanija “Sydney Seaplanes”. L-ajruplani tagħha jieħdu lill-passiġġieri dawriet mal-port biex jaraw ix-xena pittoreski tal-belt Awstraljana mill-ajru.
Il-kawża tat-tiġrif għadha mhix magħrufa.